Wednesday, April 24, 2024

League Cup s/f: Marcus Rashford protagonista għal Manchester United

Aqra wkoll

Is-sensiela sensazzjonali tal-goals ta’ Marcus Rashford kompliet fis-City Ground hekk kif Manchester United għamlu pass kbir lejn il-finali tal-League Cup f’Wembley ix-xahar id-dieħel b’rebħa ta’ 3-0 fuq Nottingham Forest.

L-isforz brillanti ta’ Rashford li reġa’ kien protagista għat-team tiegħu, ta vantaġġ lill-United sitt minuti mill-ftuħ tal-ewwel leg tas-semi-finali bit-tieni leg issir f’Old Trafford nhar l-Erbgħa li ġej.

Wout Weghorst żied it-tieni ftit qabel il-mistrieħ bl-ewwel goal tiegħu għall-club u Bruno Fernandes għalaq l-iskor minuta mit-tmiem biex ta’ vantaġġ tajjeb lit-team ta’ Erik ten Hag li qed jipprova jtemm nixfa tat-trofew li tiġġebbed lura għall-2017.

Il-goal ta’ Rashford kien l-10 wieħed f’daqtant logħbiet minn meta rritorna mit-Tazza tad-Dinja, u enfasizza l-istatus tiegħu bħala wieħed mill-players fil-forma fl-Ingilterra bħalissa.

L-ospiti ta’ Steve Cooper kienu avventurużi fl-approċċ tagħhom iżda jidher li ftit li xejn għandhom ċans li jimitaw lit-team ta’ Brian Clough li jaslu sal-finali, li Forest ilhom ma jagħmlu mill-1992.

Sport