Saturday, October 26, 2024

Bust li xtrat $35 nstab li huwa imprezzabbli

Aqra wkoll

Laura Young hija kollettur tal-arti fuq skala żgħira ġewwa Austin Texas u ta’ sikwit iddur ħwienet li jbigħu affarijiet użati li l-proprjetari tagħhom ma jkunux iridu iktar bit-tama li tiltaqa’ ma’ xi antikità interessanti. 

Ftit tal-jiem ilu hija marret f’ħanut ta’ dan it-tip u għajnej­ha waqgħu fuq bust taċ-ċeramika li kellu xi daqqiet u li kien imqiegħed taħt mejda minsi minn kulħadd. Minkejja li ma kienx jidher fl-iprem kundizzjoni hija xtratu għas-somma ta’ $35. Malli ħadet dan il-bust id-dar Young eżaminatu iktar bir-reqqa u nnotat li mill-marki li kellu kien evidenti li dan hu antik u għalhekk bdiet tara jekk issibx xi ħaġa dwaru. 

Minnufih hija talbet l-għajnuna ta’ esperti, u oħroġ il-għaġeb dawn ikkonkludew li dan huwa bust Ruman li  għandu madwar 2,000 sena  u huwa imprezzabbli. Dan ir-riżultat kien ikkorroborat anke minn numru ta’ esperti oħrajn li analizzaw din l-istatwa.  

Skont l-istudju li sar irriżulta li dan hu proprju l-istess bust li kien hemm fil-kollezzjoni personali tar-Re Ludwig I tal-Bavarja (1786 – 1868), u għal żmien twil dan kellu post prominenti f’Pompejanum – il-villa li r-Re Ludwig I kien bena fuq stil ta’ villa Rumana ġewwa Aschaffenburg fil-Bavarja. Ġara li fis-snin ta’ wara t-Tieni Gwerra Dinjija dan il-bust għeb. 

Il-fatt li mill-Ġermanja dan il-bust sab ruħu ġewwa Texas fl-Istati Uniti huwa kurjuż fih innifsu u l-esperti m’għandhomx spjegazzjoni eżatta ta’ kif dan seta’ seħħ. Wisq probabbli li ġara kien li minħabba li wara t-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija l-armata Amerikana kellha bażijiet militari ġewwa Aschaffenburg – li wħud minnhom damu hemm anke sa tmiem il-Gwerra Bierda – probabbilment kien hemm xi suldat li ħa dan il-bust miegħu d-dar. Dan il-bust issa se jkun qiegħed jiġi rritornat lura lejn il-Ġermanja. 

Sport