Wednesday, April 24, 2024

Il-CAF se torganizza Super League għall-clubs Afrikani

Aqra wkoll

Il-president tal-CAF, Patrice Motsepe, ħabbar kompetizzjoni ġdida rivoluzzjonarja li hija appoġġata mill-FIFA.

L-ewwel edizzjoni se ssir f’Awwissu 2023 u tintemm f’Mejju 2024, bl-ewwel 24 klabb jieħdu sehem f’dan it-tournament.

Iżda Motsepe ma qalx jekk hux se tieħu post iċ-Champions League tal-CAF jew it-Tazza tal-Konfederazzjoni tat-tieni livell.

“Is-Super League Afrikana hija inizjattiva importanti ħafna. Waħda mill-problemi ewlenin fl-Afrika hija l-finanzi,” qal Motsepe fit-tnedija li saret fil-belt ta’ Arusha fit-tramuntana tat-Tanzanija.

“Is-Super League Afrikan huwa wieħed mill-aktar żviluppi eċċitanti fl-istorja tal-futbol Afrikan u l-objettiv f’termini ta’ dak li qed nippruvaw niksbu huwa ċar ħafna: li niżguraw li l-futbol Afrikan fil-livell ta’ clubs ikun ta’ klassi dinjija u jikkompeti mal-aqwa fil- dinja,” żied Motsepe.

“L-intenzjoni tagħna hija li nużaw il-$100 miljun bħala premju u li nagħmlu dan kull sena fis-Super League Afrikan, sabiex il-club rebbieħ jieħu $11.5 miljun,” temm jgħid.

Sport