Friday, March 29, 2024

Ħaddiema f’minjiera ġewwa l-Angola jsibu ġawhra kbira roża … l-ikbar waħda ta’ dan il-lewn f’dawn l-aħħar 300 sena

Aqra wkoll

Ħaddiema f’minjiera tad-dja­manti ġewwa l-Angola sabu djamant ta’ daqs pjuttost kbir ta’ lewn roża. Din il-gawhra prezzjuża tiżen 170 karat u hija waħda storika minħabba li hija l-ikbar djamant ta’ lewn roża li nstab f’dawn l-aħħar 300 sena. 

Din il-ħaġra ngħatat l-isem ta’ The Lulo Rose proprju għall-isem tal-minjiera fejn instabet. 

Il-minjiera Lulo ilha topera biss seba’ snin iżda s’issa fiha diġà nstabu 24 djamant li jiżnu iktar minn 100 karat, u fosthom kien hemm l-ikbar gawhra qatt misjuba ġewwa l-Angola dik ta’ 404 karat. Din tal-aħħar kienet inbiegħet fl-2016 għas-somma kbira ta’ $16-il miljun. 

Id-djamanta roża li nstabet ftit ilu hija l-ħames l-ikbar djamant li qatt instabu ġewwa dan il-pajjiż li jinsab fin-naħa t’isfel tal-Afrika.

Ekonomija

Sport