Wednesday, December 25, 2024

BŻONN LI L-BANEK MALTIN JINVESTU FL-INNOVAZZJONI

Aqra wkoll

Pajjiżna irrid ikompli jinvesti f’mudell ekonomiku aktar modern, diġitali u ambjentalment sostenibbli. Dan se jwassal sabiex pajjiżna jilħaq l-ambizzjonijiet klimatiċi tiegħu fit-tletin sena li ġejjin u jkollna ekonomija aktar dinamika u vibranti. Biex naghmlu dan però hemm bżonn li l-banek Maltin jinvestu aktar fl-innovazzjoni, ir-riċerka u f’negozji li qeghdin joperaw f’dawn l-oqsma. 

Il-comfort zone tal-banek kummerċjali 

Il-banek kummerċjali f’pajjiżna tendezjalment huma ħafna aktar komdi li jsellfu u jinvestu f’kumpaniji li joperaw f’setturi aktar tradizzjonali.

Dan huwa riżultat ta diversi fatturi. Ewlieni fosthom huwa il-fatt li l-bank ċentrali Ewropew li jirregola lil dawn il-banek jillimita ħafna minn dak li huwa ir-risk apetite tal-banek Maltin. Din is-sitwazzjoni hija aktar aċċentwata f’pajjiżna minħabba li s-settur bankarju huwa primarjament magħmul minn ftit banek relattivament kbar għad daqs tal-ekonomija Maltija. Dan ifisser li jkunu taht skrutinju akbar u b’hekk ikollhom anqas flessibilita li jinvestu f’niċeċ ekonomiċi ġodda.

Konċentrazzjoni f’setturi tradizzjonali 

Dan qed joħloq sitwazzjoni fejn il-banek kummerċjali qegħdin jikkonċentraw l-investimenti u is-self tagħhom f’setturi tradizzjonali bħal propjetà. Dan fih innifsu jesponi lil-banek kummerċjali għal-riskju tas-settur waqt li jillimita id-diversifikazzjoni tal-ekonomija tagħna. 

Dan iwassal wkoll għal-sitwazzjoni fejn il-banek ikunu ħafna aktar komdi jsellfu l-flus lil dawn l-istess setturi minħabba li l-esperjenza li jkunu akkumulaw tul is-snin tagħmilhom esperti f’dawn is-setturi konvenzjonali u allura jkunu lesti li jieħdu ir-riskju li jinvestu fl-istess setturi.

Waħda mis-soluzzjonijiet: Banek ta’ Żvilupp 

Il-bank Malti għal-iżvilupp jista’ jkun ċavetta importanti li jiftaħ il-bibien għal aktar investiment f’kumpaniji zaghar u innovattivi. Dan għaliex dan il-bank għandu il-possibilità li jsellef u jinvestu propju f’negozji bħal dawn li jsibuha aktar diffiċli jġibu finanzjament minn banek tradizzjonali.

Fil-Fatt banek simili madwar l-Ewropa kienu kruċjali sabiex xprunaw investiment fil-qasam teknoloġiku, dak diġitali u tar-riċerka fl-ahhar snin. Dan it-tip ta investiment huwa indispensabbli biex start-ups u kumpaniji oħra li joperaw f’setturi moderni jkunu jistgħu jaċċessaw l-investiment li jkollom bżonn sabiex jimirhu u jibdew jespandu.

L-esperjenza twassal għal kunfidenza finanzjarja 

Il-Bank Malti għal-iżvilupp u banek oħrajn bħalu madwar l-Ewropa ħafna drabi jipprovdu garanziji lil banek kummerċjali sabiex dawn ta l-aħħar issellfu il-flus lill-negozji innovativi. 

F’Malta per eżempju qed naraw numru ta start-ups fis-settur tat-teknoloġija bħal IoT, l-intelligenza Artifiċjali, u avjazzjoni, flimkien ma kumpaniji li qed jinvestu fi prodotti ekoloġiċi jew li għandhom x jaqsmu mal-blue economy. Dawn huma kollha kumpaniji li jistgħu joħolqu setturi shah fis-snin li gejjin flimkien ma Green u blue jobs ghaz-zgħazagħ tagħna. 

Il-garanziji li joffru banek ta żvilupp isserhu ras il-banek kummerċjali sabiex issellfu l-flus tagħhom f’dawn is-setturi il-ġodda mingħajr ir-riskju li jitilfu flus id-depositanti tagħhom. 

Dan il-proċess umbad b’mod naturali jgħin wkoll sabiex il-banek kummerċjali jibdew jibnu l-esperjenza li għandhom bżonn f’dawn in-niċeċ ekonomiċi tal-futur. Din l-esperjenza twassal sabiex il-banek jibnu aktar kunfidenza f’setturi li għalihom għadhom ġodda.

Dik il-kunfidenza umbad titrasforma ruħha f’żieda fil-propensita li dawn il-banek kummerċjali ikunu jridu jsellfu u jinvestu f’dawn il-kumpaniji innovativi.

Mhux self biss imma anke investiment dirett 

Apparti minn hekk banek ta żvilupp jistgħu jinvestu f’ismha u fil-kapital stess ta negozji bħal dawn. Dan huwa partikolarment importanti għal start-ups li jkunu fil-fazi inizjali tagħhom u allura jkunu għadhom ma ħolqux biżżejjed stabbilita fit-thul tagħhom sabiex tagħmel is-self aktar vijabbli. 

F’dan il-każ il-banek ikunu jistgħu jinvestu b’mod dirett fil-kapital ta dawn il-kumpaniji. Meta u jekk dawn il-kumpaniji jilħqu il-maturita tagħhom il-bank jithallas lura mil-valur tal-investiment li jkun għamel minflok mil-imgħax li jinġabar fuq self tradizzjonali. 

Pass importanti għall-ekonomija moderna

Dan huwa żmien kruċjali. Pajjiżna għandu bżonn investiment f’dawn it-tip ta negozji biex nelevaw il-fuq il-mudell ekonomiku tagħna. Għandha bżonn ngħinu lin-negozji tagħna jagħmlu il-pass li jmiss li jwassalhom sabiex ikunu aktar kompetittivi u produttivi. Dan iwassal għal kwalità ta karrieri aħjar għal-ħaddiema tagħna imma fuq kollox għal ekonomija aktar sostenibbli li tista’ tikber u tissahah fis-snin li ġejjin.

Ekonomija

Sport