Monday, October 26, 2026
Home Sport Camavinga fil-mira ta’ partitarji ta’ Barcelona waqt iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ El Clasico

Camavinga fil-mira ta’ partitarji ta’ Barcelona waqt iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ El Clasico

0
62

Eduardo Camavinga kien fil-mira ta’ partitarji ta’ Barcelona li allegatament xejru lasti tal-bnadar qrib rasu waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tar-rebħa ta’ Real Madrid, 2-1 fin-Nou Camp. 

Aurelien Tchouameni intervjena biex jipproteġi lil sieħbu, wara li Kylian Mbappé skorja l-goal deċiżiv fis-87 minuta. 

Mbappé fetaħ l-iskor fl-ewwel taqsima, iżda Raphinha kiseb id-draw għal Barcelona. 

Is-suċċess wassal biex Real naqqsu d-distakk minn Barcelona fil-quċċata tal-La Liga għal tliet punti. Mbappé laħaq ukoll il-100 gowl tiegħu ma’ Real Madrid, filwaqt li Barcelona sofrew l-ewwel telfa tagħhom fil-kampjonat.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here