Monday, October 26, 2026
Home Sport L-Ingilterra U15 joħorġu mill-ground wara allegat inċident ta’ razziżmu

L-Ingilterra U15 joħorġu mill-ground wara allegat inċident ta’ razziżmu

0
70

It-team nazzjonali Ingliż ta’ Taħt il-15-il sena telaq ‘il barra mill-ground waqt il-partita kontra l-Irlanda fit-Tazza tad-Dinja wara allegat kumment razzist. 

Il-coach, Matt Thorpe, fl-40 minuta ordna lill-players tiegħu joħorġu mill-ground wara li player Ingliż allega li avversarju kien għamillu rimarka razzista. L-inċident wassal għal argument bejn iż-żewġ bankijiet u l-partita ġiet abbandunata. 

Il-FIFA bdiet tinvestiga l-każ u qalet li r-rapporti uffiċjali se jintbagħtu lill-Kumitat Dixxiplinari indipendenti. 

Dak il-ħin, l-Ingilterra kienet qed titlef 4-1, iżda għadu mhux magħruf jekk il-protesta hix se taffettwa r-riżultat.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here