Monday, October 26, 2026
Home Sport Jim Ratcliffe jqiegħed lill-club għall-bejgħ hekk kif il-coach Michael Carrick jinsab taħt...

Jim Ratcliffe jqiegħed lill-club għall-bejgħ hekk kif il-coach Michael Carrick jinsab taħt pressjoni

0
75

Jim Ratcliffe se jbiegħ il-club hekk kif il-coach Michael Carrick jinsab taħt pressjoni.

Iżda le … mhux se jpoġġi lill-club ta’ Manchester United għall-bejgħ .. iżda dak Svizzeru, FC Lausanne-Sport, li huwa proprjetà tal-kumpanija Ineos.

Il-club bħalissa jinsab fl-aħħar post tal-kampjonat Svizzeru, filwaqt li Ratcliffe qed jipprova jnaqqas l-investimenti tiegħu fl-isport. 

Sadanittant, Manchester United jinsabu fi kriżi, b’Michael Carrick f’riskju li jitkeċċa wara nuqqas ta’ qbil mal-captain Bruno Fernandes dwar it-tattiċi. 

Carrick ħalla lil Fernandes fuq il-bank fir-rebħa ta’ Bournemouth, filwaqt li Eddie Howe u Julian Nagelsmann qed jissemmew bħala kandidati possibbli biex jieħdu postu … bl-Ingliż huwa l-aktar favorit.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here