Wednesday, September 30, 2026
Home Sport Cameron Farrugia jirriżenja mill-irwoli kollha li kellu fi ħdan Zabbar St Patrick

Cameron Farrugia jirriżenja mill-irwoli kollha li kellu fi ħdan Zabbar St Patrick

0
56

Cameron Farrugia ħabbar ir-riżenja tiegħu, b’effett immedjat, mill-irwoli kollha li kellu fi ħdan Zabbar St Patrick FC, u b’hekk temm il-perjodu ta’ sitt snin li qatta’ mal-klabb.

Fi stqarrija, Farrugia qal li din id-deċiżjoni ttieħdet wara “ħafna riflessjoni u konsiderazzjoni bir-reqqa”, u żied jgħid li qed iħalli l-klabb kburi bil-vjaġġ, is-sagrifiċċji u s-suċċessi li esperjenza mat-tim ta’ Żabbar.

Farrugia esprima l-gratitudni tiegħu lejn il-presidenti tal-klabb, il-membri tal-kumitat, il-kowċis, il-players u l-istaff, kif ukoll lejn il-partitarji, l-isponsors u l-ħbieb li akkumpanjawh matul is-sitt snin ta’ ħidma tiegħu.

“Kien ta’ unur għalija li nservi lil dan il-klabb, u dawn l-esperjenzi se jibqgħu dejjem miegħi,” qal Farrugia, waqt li rrifletta fuq iż-żmien li qatta’ mal-klabb u r-relazzjonijiet li bena tul dan il-perjodu.

Farrugia enfasizza wkoll ir-rabta tiegħu ma’ Żabbar u l-importanza li jirrappreżenta l-belt tiegħu permezz tal-ħidma tiegħu mal-klabb.

Huwa temm il-messaġġ tiegħu b’tislima mimlija passjoni lill-klabb, fejn kiteb: “Għal dejjem u kullimkien, Forza Zabbar!”

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here