Wednesday, September 30, 2026
Home Sport Euro 2032: L-Italja tagħżel l-ibliet u l-istadiums għall-fażi finali

Euro 2032: L-Italja tagħżel l-ibliet u l-istadiums għall-fażi finali

0
52

L-Italja lestiet il-pass li jmiss  fil-proċess tal-kandidatura tagħha biex, flimkien mat-Turkija, tospita l-logħbiet tal-Kampjonat Ewropew tal-2032, hekk kif il-FIGC għażlet l-ibliet meqjusa eliġibbli biex ikomplu fil-proċess.

Il-FIGC ħabbret uffiċjalment li bagħtet lill-UEFA d-dossiers ta’ 13-il belt u 14-il stadium li ġew meqjusa adattati biex ikomplu l-kandidatura tal-Italja biex tospita l-logħbiet tal-Euro 2032.

F’Ruma hemm żewġ stadiums fil-kandidatura, jiġifieri l-Olimpico u l-proġett tal-istadium il-ġdid f’Pietralata. Għal Napli hemm l-Istadium Diego Armando Maradona, filwaqt li Milan tinsab ukoll fost il-postijiet magħżula.

Il-bliet huma Bari, Bologna, Cagliari, Firenze, Genova, Lecce, Milan, Napli, Palermo, Ruma, Salerno, Turin u Verona.

Il-president tal-FIGC Giovanni Malagò esprima sodisfazzjon bin-numru u l-kwalità tad-dossiers sottomessi, u rringrazzja lill-UEFA kif ukoll lill-entitajiet pubbliċi u privati kollha li kkontribwew għall-proċess.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here