Saturday, May 2, 2026

“Ċans li l-poplu jagħżel liema direzzjoni jrid għal pajjiżna” – il-Kap tal-PN Alex Borg

Aqra wkoll

“Dan hu ċans uniku għall-poplu jagħżel liema direzzjoni jrid għal pajjiżna.” Hekk stqarr il- Kap Nazzjonalista Alex Borg waqt li kien qiegħed jindirizza mass rally f’Ħal Lija.

Dr Borg qal li dan hu s-sabiħ ta’ demokrazija fejn il-poplu jingħata ċ-ċans li jagħżel il-Gvern li jrid imexxih fil-ħames snin li ġejjin. Huwa qal li l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar elezzjoni ġenerali sena qabel minn żmienha għax ħaseb li l-Partit Nazzjonalista mhux se jkun ippreparat.

“Ħaseb li aħna mhux lesti… iżda jien kont għedtilkom li aħna lesti għal meta tissejjaħ l-elezzjoni ġenerali tiġi meta tiġi u dan urejnieh fl-ewwel ġimgħa meta ħriġna b’saħħa kbira f’kampanja pożittiva,” qal il-Kap Nazzjonalista.

Waqt id-diskors tiegħu Dr Borg tkellem dwar il-proposti li ressaq fl-ewwelġimgħa tal-kampanja elettorali li wħud minnhom diġà jinsabu fis-seħħ. Reġa’ semma’ l-isptar li se jinbena fit-Tramuntana ta’ Malta, iżda mill-ġdid naqas milli jgħid dan fejn se jkun.

Dr Borg qal ukoll li l-isptarijiet ta’ pajjiżna reġgħu mill-ġdid f’idejn il-poplu grazzi għall-Partit Nazzjonalista u “grazzi għall-ħabib tiegħi Adrian Delia”. Il-Kap Nazzjonalista qal ukoll li jinsab imħasseb ħafna meta jara statistika tal- Un­joni Ewropea li ħafna ħaddiema Maltin għandhom stress kbir.

Sostna li din l-istatistika hija reali għax meta toħroġ mid-dar għax- xogħol issib traffiku kbir. “Jien bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, nwegħedkom li f’dawn il-mumenti diffiċli se ssibuni magħkom,” temm jgħid Dr Borg.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport