Saturday, November 16, 2024

Careers Day @BOV: L-ewwel pass lejn karriera sodisfaċenti

Aqra wkoll

Qed tfittex li tibda karriera jew li tidħol għal esperjenza ġdida? Taħseb li inti kapaċi biex taħdem fl-industrija tas-servizzi finanzjarji? Dan huwa l-mument biex taħtaf opportunità kbira!

Il-Bank of Valletta se jorganizza Careers Day nhar is-Sibt 16 ta’ Ottubru 2021 fil-Fergħa l-ġdida f’Tas-Sliema. Il-Bank, li bħalissa jimpjega ‘l fuq minn 2000 impjegat, qiegħed kontinwament ifittex li jħaddem nies b’entużjasmu li jixtiequ jibdew vjaġġ ġdid fis-settur bankarju.

Il-Bank qed ifittex nies ġodda biex jiġu mpjegati fir-rwoli ta’ Skrivani (Tellers / Meet & Greet) fost rwoli oħra fil-fergħat varji tagħha, u b’hekk dan huwa ċ-ċans tiegħek li titgħallem aktar dwar il-ħajja fil-BOV u tesprimi l-interess tiegħek li tingħaqad ma’ waħda mill-istituzzjonijiet tas-servizzi finanzjarji ewlenin f’Malta fuq bażi full-time.

Tixtieq tkun taf aktar? Għamel appuntament magħna billi tibgħat email fuq [email protected], inkluż “Careers Day @BOV” fis-suġġett tal-email sa mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa 13 ta’ Ottubru 2021 f’12:00pm. L-email tiegħek għandha tinkludi Curriculum Vitae (CV) dettaljat u kopji skannjati taċ-ċertifikati akkademiċi (huma meħtieġa biss MQF Level 3 / O Level equivalent jew ogħla).

Ir-regolamenti kollha tal-COVID-19 se jiġu osservati u jrid isir appuntament minn qabel. Il-kandidati magħżula jiġu kkuntattjati bl-email bid-dettalji kollha meħtieġa.

Ekonomija

Sport