Saturday, May 4, 2024

Raġel arrestat wara serqa ta’ armi li jiswew eluf ta’ ewro

Aqra wkoll

Ħidma konġunta bejn il-Pulizija tad-Dipartiment tal-Invesitgazzjonijiet Kriminali u tad-Distrett ta’ Raħal Ġdid, wasslet biex f’inqas minn 24 siegħa jiġi arrestat raġel ta’ 21 sena residenti Ħal Tarxien, b’rabta ma’ serqa.

Il-Ħadd, għall-ħabta tal-10.00a.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’maħżen fi Triq il-Merħba, il-Fgura. Il-Pulizija marret fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijet irriżulta li bejn il-lejl tas-Sibt u l-Ħadd, xi ħadd mhux magħruf sgassa l-bieb tal-maħżen u minn ġo fih insterqu ammont ta’ armi tal-airsoft, munizzjoni tal-istess armi u affarijiet oħra relatati, li jiswew eluf ta’ ewro.

Minn aktar investigazzjonijiet li saru, il-Pulizija identifikat l-allegat ħalliel u r-raġel ġie arrestat ilbieraħ filgħodu mir-residenza tiegħu, fejn fid-dar instabu wkoll l-oġġetti misruqa.

Il-Maġistrat Ian Farrugia qiegħed imexxi inkjesta. Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti taħt arrest illum għall-ħabta tal-11.30a.m. quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea.

Sport