Sunday, May 5, 2024

“Inqisuh miraklu”… tifel ta’ tliet snin għamel tlett ijiem mitluf f’foresta u nstab qawwi u sħiħ

Aqra wkoll

Kienu ħafna dawk f’Mongolia li bdew jaqtgħu qalbhom li ċ-ċkejken Christopher Ramirez ta’ tliet snin kien se jinstab qawwi u sħiħ. Dan hekk kif hu intilef f’foresta u kien ilu nieqes tlett ijiem. Wieħed jista’ jimmaġina l-ferħ ta’ ommu hekk kif diversi persuni li kienu għaddejjin bit-tfittxijiet irnexxielhom isibuh qawwi u sħiħ, b’xi wħud jiddikjaraw li ‘hu miraklu li għadu ħaj”.

It-tifel għeb nhar l-Erbgħa qrib Mongolia f’Texas. Hu nstab fl-aħħar sigħat u kien fi stat ta’ saħħa tajba.  “Is-sejba tiegħu issorprendiet lil dawk li kienu qed ifittxuh għax hu instab jidħak, jixrob l-ilma u fi stat tajjeb”, iddikjara ix-Sheriff ta’ Grimes County, Don Sowell.  Minkejja li kien fi stat ta’ saħħa tajjeb hu ttieħed l-isptar għal osservazzjoni.

Propju jum qabel instab, ommu Araceli Nunez għamlet appelli imqanqlin biex min kellu xi informazzjoni dwar it-tifel jersaq ‘l quddiem u jgħaddiha lill-awtoritajiet. 

“Għandu bżonn lil ommu. Għinuni insibu”, iddikjarat ommu. 

It-tifel għeb għall-ħabta tas-1.30  ta’ wara nofsinhar  u dan hekk kif irritorna id-dar minn qadi ma’ ommu u nanntu.  Ġara li waqt li bdew iniżżlu ix-xirja mill-karozza, it-tifel mar jiġri wara kelb. Li segwa wara kien dak li l-kelb irritorna fejn il-karozza imma it-tifel ma rritonax. 

Kien hawn li ommu u nanntu bdew ifittxuh. Wara li għoxrin minuta wara kienu għadhom ma sabuhx huma infurmaw lill-Pulizija tal-lokal. 

Immedjatament il-Pulizija bdew tfittxijeit bi drones, helikopters, klieb u anke heat sensors, iżda it-tfittxijiet irriżultaw fin-negattiv. 

Mal-Pulizija ingħaqdu xejn inqas minn 100 voluntier u diversi aġenziji. Bdew isiru anke tfittxijiet fil-karozzi u dan minħabba li kien magħruf li t-tifel kien iħobb jistaħba fil-karozzi. Vaska li kien hemm fil-viċinanzi tbattlet iżda it-tifel ma instabx fiha. 

Finalment it-tifel instab xejn inqas mninn tmien kilometri bogħod minn fejn kien għeb.  Ir-raġel li sabu qal li “matul il-lejl jien kont ma diversi persuni u dawn bdew isemmgħu kif kien intilef tifel. Din ma kontx smajtha jien.  Qisu kien hemm xi ħaġa li qatli inmur infittex fil-foresta qrib. Filgħodu mort infittex u wara xi sagħtejn infittex smajt ħoss. Għal-ewwel ħsibt li hu xi annimal. Kien it-tifel mitluf. Mort ħdejh u erfajtu. La kien nervuż u lanqas qed jirtgħod anzi kien kalm ħafna.”

Sport