Wednesday, March 27, 2024

Carlo Ancelotti jiddefendi lil Gennaro Gattuso

Aqra wkoll

Hekk kif kien qed jipprepara għall-isfida tal-lejla kontra Valencia, il-kowċ ta’ Real Madrid Carlo Ancelotti ddefenda lill-kollega tiegħu Gennaro Gattuso li safa’ mneħħi mill-kariga ta’ kowċ tal-istess Valencia.

Hu qal li sfortunatament ir-realta’ li tkun kowċ hi wkoll dik li tiġi mneħħi mill-kariga għal xi raġuni jew oħra. Hu ammetta li Gattuso ma kienx jistħoqqlu dan kollu aktar u aktar għax kien jagħti qalbu lit-tim.

Ancelotti ġab eżempju ta’ meta tkeċċa ftit tas-snin ilu minn kowċ ta’ Napoli u kemm kien ħadha ħażin għalkemm sostna li ngħalaq bieb u infetħu mija u llum il-ġurnata jinsab għal darb’oħra jmexxi wieħed mill-aqwa klabbs tad-dinja.

Ekonomija

Sport