Thursday, May 16, 2024

Carlo Ancelotti jista’ jibqa’ ma’ Real Madrid wara l-2026

Aqra wkoll

Nhar il-Ġimgħa wara nofsinhar Real Madrid ħabbru li se jkunu qed jestendu l-kuntratt ta’ Carlo Ancelotti hekk kif il-players tagħhom reġgħu lura għax-xogħol wara l-waqfa tal-Milied.

Il-kuntratt il-ġdid se jżommu fir-rwol maniġerjali sal-2026, jekk l-affarijiet kollha jkunu tajjeb, iżda r-relazzjoni tagħhom tista’ tmur iktar fit-tul.

Real Madrid iridu jżommu lil Ancelotti fil-club lil hinn mill-istaġun tal-2026. Jekk Ancelotti u Real Madrid ikomplu jirnexxu flimkien, it-Taljan x’aktarx ikollu l-għażla ta’ meta jirtira mit-tmexxija, iżda l-president Florentino Perez irid iżomm lil Ancelotti fil-club wara li jintemm it-tieni perjodu tiegħu bħala coach.

L-intenzjoni tiegħu hija li Ancelotti jidħol fl-uffiċċji f’Valdebebas, u wara jsir parti mill-istruttura sportiva tal-club, għalkemm ir-rwol eżatt mhuwiex ċar.

Ancelotti rrifjuta lill-Brażil u ċ-ċans li jsir mhux biss l-ewwel coach barrani tagħhom, iżda wkoll coach fl-ewwel Tazza tad-Dinja tiegħu. Il-wegħda ta’ rwol futur fil-club kienet essenzjali fid-deċiżjoni tiegħu li jibqa’ fil-Bernabeu.

F’dawn l-aħħar snin numru ta’ eks players kbar ta’ Real Madrid tmexxew fis-sular ta’ fuq, u l-ġerarkija issa hija mimlija ekx-players. Preċedentement Jorge Valdano eżerċitá bħala coach u mbagħad direttur sportiv, filwaqt li Emilio Butragueno huwa r-rappreżentant istituzzjonali tal-club. 

Santiago Solari għadu kif inħatar id-direttur tal-football, filwaqt li taħt Ancelotti hemm Raul Gonzalez (Real Madrid Castilla) u Alvaro Arbeloa (taħt id-19-il sena).

Sport