Il-goalkeeper ta’ riserva ta’ Juventus Carlo Pinsoglio se jkun qed iġedded il-kuntratt tiegħu mat-tim min-naħa ta’ fuq tal-Italja.
Pinsoglio, li għandu 33 sena, lagħab biss 202 minuti kemm ilu ma’ Juventus għal dawn l-aħħar sitt snin u deher biss ħames darbiet bejn il-lasti tat-tim.
Minkejja kollox, l-istess Pinsoglio qal li jinsab għal qalbu mal-Bianconeri u jrid jibqa’ fidil lejn il-kuluri suwed u bojod tat-tim.