Tuesday, April 23, 2024

Juventus iridu lil Teun Koopmeiners

Aqra wkoll

Hekk kif Juventus se jitilfu s-servizzi tal-plejer ta’ nofs il-grawnd Adrien Rabiot, id-diriġenti Bianconeri qed iħarsu lejn il-profil tal-midfielder ta’ Atalanta Teun Koopmeiners.

Dan tal-aħħar għandu 25 sena u hu ta’ nazzjonalita’ Olandiża. Hu ilu ma’ La Dea sa mis-sena 2021 u lagħab 61 partita filwaqt li skorja 11-il gowl.

Koopmeiners hu wkoll membru regolari fit-tim nazzjonali Olandiż fejn deher 15-il darba filwaqt li skorja gowl.

Sport