Friday, April 26, 2024

Napoli bejn Luis Enrique u Thiago Motta?

Aqra wkoll

Hekk kif hu fatt magħruf li Napoli se jsellmu lil Luciano Spalletti li se jtemm iż-żmien tiegħu bħala kowċ, id-diriġenti Partenopei qed jaraw lil min jistgħu jqabbdu sabiex imexxi lit-tim għall-istaġun li ġej. 

Bħala alternattivi, Napoli qed isegwu lil Luis Enrique li bħalissa m’għandu l-ebda klabb għalkemm iridu joqogħdu attenti mill-konkorrenza ta’ Paris St Germain.

Jekk ma jirnexxielhomx jaslu għalih, Napoli lesti li jkellmu lill-kowċ ta’ Bologna Thiago Motta li hu meqjus bħala wieħed ideali għall-istil ta’ logħob li jilagħbu bih it-tim min-naħa t’isfel tal-Italja.

Sport