Saturday, May 4, 2024

Adriano Galliani jwiegħed aktar suċċessi minn Monza

Aqra wkoll

L-amministratur ta’ Monza Adriano Galliani tkellem dwar l-istaġun tat-tim tiegħu u l-ħolm li fadallu jilħaq fix-xhur li ġejjin.

Galliani qal li żamm kelmtu mal-partitarji meta qal li Monza se jsalvaw u issa wiegħdhom li l-pass li jmiss hu li t-tim is-sena d-dieħla jikkompeti fil-kompetizzjonijiet Ewropej.

Galliani qal li kkonferma lill-kowċ Raffaele Palladino li taħt it-tmexxija tiegħu t-tim għamel progress kbir.

Attwalment, Monza jinsabu fit-tmien post tal-klassifika u Galliani sostna li minn issa ‘l hemm kollox jista’ jsir possibbli.

Sport