Saturday, May 18, 2024

Ousmane Dembele fir-radar ta’ PSG

Aqra wkoll

Paris St Germain qed iħarsu lejn il-possibbilta’ li jakkwistaw is-servizzi tal-attakkant Franċiż Ousmane Dembele.

L-ogħla awtoritajiet tal-klabb mill-belt kapitali Franċiża se jkunu qed jirrevedu l-iskwadra tagħhom u mistennija jitilqu xi plejers b’uċuh ġodda li se jidħlu minflokhom.

Dembele jaf ikun wieħed minnhom. Hu għandu 26 sena u ilu ma’ Barcellona sa mis-sena 2017. Hu lagħab 125 partita u skorja 24 gowl.

Sport