Tuesday, April 30, 2024

Carlos Alcaraz segwit minn kullana ta’ clubs

Aqra wkoll

Arsenal u Tottenham Hotspur huma tnejn minn disa’ clubs li qed ifittxu li jiskbu ftehim għall-midfielder ta’ Racing Club, Carlos Alcaraz, dan is-sajf.

Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena deher regolarment għall-club Arġentin minn mindu ġie promoss mill-akkademja taż-żgħażagħ tagħhom u ġibed l-għajn bil-wirjiet tiegħu fil-ground.

Staġun 2021 rivoluzzjonarju ra lil Alcaraz jagħmel 25 dehra għal Racing Club fil-komeptizzjonijiet kollha, fejn skorja goal wieħed u pprovda tliet assists f’dak il-perjodu.

Alcaraz diġà rreġistra ħames goals u żewġ assists minn 17-il logħba fl-istaġun 2022 fl-Arġentina art twelidu, filwaqt li l-versatilità tiegħu kienet murija wkoll.

Il-midfielder ġie utilizzat l-aktar fi rwol ta’ nofs il-ground jew avvanzat, filwaqt li deher ukoll aktar ‘il quddiem fuq iż-żewġ naħat.

Sport