Thursday, April 18, 2024

Simpatija lejn l-Ukreni, it-tieni sena għat-Taljani jew ħaddiem tal-kostruzzjoni?

Ikomplu l-ispekulazzjonijiet ftit sigħat qabel il-bidu tas-serata finali tal-Eurovision

Aqra wkoll

L-Ukrajna, l-Italja u r-Renju Unit għadhom qed jissemmew bħala l-favoriti għar-rebħ tal-Eurovision ta’ din is-sena hekk kif ninsabu biss ftit sigħat bogħod mill-bidu tas-serata finali li se tittella’ f’Turin. 

Minn ħaddiem tal-kostruzzjoni fuq TikTok, Sam Ryder fost il-favoriti għar-rebħ tal-Eurovision

Sam Ryder, ħaddiem tal-kostruzzjoni li sar stilla fuq TikTok, tant ġibed l-attenzjoni tal-ispettaturi waqt il-provi, li l-kumpaniji tal-imħatri ilhom xi jiem iżidu l-probabbilità li hu jerbaħ il-festival u b’hekk inaqqsu l-ammont ta’ rebħ lil dawk li qegħdin jilagħbu li hu se jkun ir-rebbieħ.

Mahmood u Blanco qed jissemmew li jistgħu jrebbħu lil pajjiżhom dan l-unur għat-tieni sena konsekuttiva

Korrispondent ta’ BBC f’kitba dwar l-andament tal-festival qal li diversi studji, anke dawk riċenti juru li l-votazzjoni politika rari taffettwa lir-rebbieħ ġenerali. Skont dan l-istudju sabiex tikseb biżżejjed punti, għandek bżonn firxa wiesgħa ta’ appoġġ li huwa impossibbli li tinkiseb billi tkun favorit biss. Il-voti politiċi żgur jaffettwaw ir-riżultati ta’ nofs il-klassifika, madankollu, il-pożizzjonijiet tal-aħħar postijiet huma riservati għall-agħar kanzunetti.

Din is-sena, skont l-ispekulazzjonijiet li ilhom għaddejjin għal bosta ġimgħat, il-politika mistennija tiddetta l-eżitu tal-festival. L-Ukrajna huma l-favoriti li jerbħu l-festival hekk kif is-simpatija lejn il-pajjiż żdiedet wara l-invażjoni tar-Russja.

Ekonomija

Sport