Sunday, July 26, 2026
Home Sport Carlos Baleba fil-mira tal-clubs ta’ Manchester

Carlos Baleba fil-mira tal-clubs ta’ Manchester

0
50

Brighton and Hove Albion iffissaw prezz ta’ €120 miljun għal min jixtieq jakkwista lil Carlos Baleba. Il-midfielder mill-Kamerun qed jiġbed l-interess ta’ Manchester United u Manchester City.

Pep Guardiola ilu jammira lil Baleba, filwaqt li Ruben Amorim ukoll hu ammiratur tal-plejer ta’ 21 sena. Qed jiġi kkonfermat li l-United għad ma kkuntattjawx lil Brighton forsi wkoll għax għadhom kemm akkwistaw lil Benjamin Sesko.