Chelsea huma lesti li joffru lill-plejer żagħżugħ ta’ nofs il-grawnd Carney Chukwuemeka trasferiment fuq bażi ta’ self. Żewġ klabbs ikkuntattjaw lid-diriġenti tal-Blues u dawn huma Borussia Dortmund tal-Ġermanja u Strasbourg ta’ Franza.
Chukwuemeka għandu 21 sena u hu meqjus bħala plejer versatili hekk kif barra r-rwol ta’ midfielder, kapaċi jieħu wkoll il-funzjoni ta’ winger fuq in-naħa xellugija tal-grawnd.