Tibda l-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-Enemed Futsal League

Aqra wkoll

Din il-ġimgħa tingħata bidu għall-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-irġiel tal-Enemed Futsal League 2026/27, b’ħames logħbiet bejn l-Erbgħa 23 u l-Ħadd 27 ta’ Settembru, kollha fin-National Sports School.L-ewwel logħba tintlagħab l-Erbgħa fit-20:45, meta s-selezzjoni ta’ taħt is-17-il sena tal-Malta Football Association (MFA) tiltaqa’ ma’ Lija Athletic fi Grupp B.

Il-Ġimgħa, Luxol St Andrews jaffaċċjaw lil Marsaskala fit-20:45 fi Grupp A.Is-Sibt fl-16:45 ikun hemm il-konfront bejn Siġġiewi u Naxxar Lions, żewġ timijiet li qed jirritornaw fil-Futsal League, fi Grupp A.

Aktar tard, fis-18:45, University of Malta Futsal jiltaqgħu ma’ Żejtun Corinthians (WA Sports) fi Grupp B.L-ewwel ġimgħa tintemm il-Ħadd fit-15:00, meta s-selezzjoni ta’ taħt id-19-il sena tal-Malta Football Association (MFA) tiltaqa’ ma’ Birkirkara AFC fi Grupp A.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport