Balzan…………………0
Sliema W……………..0
Balzan u Sliema Wanderers temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ mingħajr goals.
Fis seba’ minuta, ċans għal Sliema wara li Cojocaru avvanza tajjeb u għadda l-ballun lejn Karelis li b’xutt mill-ewwel minn tarf l-kaxxa kellu t-tentattiv tiegħu jintemm ftit għoli.
Fit-13-il minuta, Balzan resqu viċin illi jiskurjaw l-ewwel goal tal-partita wara li Pulis kompla ballun b’rasu lejn il-kaxxa b’Gustavo Alcino mar biex jikklerja peró minflok xellef l-ballun lejn il-lasta bil-goalkeeper Bonello jkun attent u jsalva tajjeb.
Fis-17-il-minuta, xutt sabiħ minn barra l-kaxxa ta’ Teddy Teuma intemm ftit barra.
Fl-erbgħa u tletin minuta, azzjoni tajba ta’ Musa Wale fejn qabeż difensur ta’ Balzan u b’xutt b’saħħtu ra l-ballun jintemm għoli.
Fl-44 minuta, Fernandes antiċipa pass ħazin lejn nofs il-ground u spara xutt b’saħħtu bil-ballun jiġi devjat f’corner.
Fis-57 minuta, Kuach rebaħ l-ballun tajjeb u b’xutt b’saħħtu ra l-ballun jgħaddi minn fuq il-mimduda qabel intemm barra.
Fid-69 minuta, azzjoni tajba ħafna minn Balzan wara li Dimeji Awosanya għadda tajjeb lejn Fernandes li b’xutt b’saħħtu għal darb’oħra reġa’ sab lil Bonello attent li salva tajjeb.
Fid-90 minuta, Sliema resqu viċin illi jiskurjaw l-goal tar-rebħa wara li Mohamed Awad rċieva fil-kaxxa iżda x-xutt tiegħu kien salvat tajjeb minn Ciappara.
Minuta wara, Balzan ukoll kellhom ċans tajjeb wara li Awosanya ma kkonkludiex tajjeb minn quddiem Bonello.
Balzan: Dylan Ciappara, Nikola Doric, Samir Arab, Yuel Kuach (Mohammed Yahaya 85), Nicholas Pulis, Lucas De Oliveira, Dimeji Awosanya, Amiel Sioklon, Ederson Bruno Domingos (Jake Portelli 91), Gabriel Silva, Leonardo Da Silva Coach: Andrew Cohen
Sliema W.: Henry Bonello, Jean Borg, Matteo Lorenzi (Steve Pisani 60), Teddy Teuma (Brian Gambarte 77), Gustavo Alcino, Nikolas Karelis (Anthony Limbombe 60), Alexander Satariano, Vlatko Drobarov, Sebastian Cojocaru, Wale Musa (Mohammed Awad 89), Robin Polley Coach: Branko Nisevic
Referee: Matthew De Gabriele
Ass. Referees: Mark Ciantar, Wayne Spiteri
Raba’ Uffiċjal: Fyodor Zammit
Skorers: Ħadd
Ammoniti: S. Arab (B), T. Teuma, R. Polley, A, Limbombe (S)
Player tal-Logħba: Henry Bonello (S)
