Tuesday, September 22, 2026
Home Sport Jake Tanti jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ San Ġiljan ASC b’erba’ snin oħra

Jake Tanti jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ San Ġiljan ASC b’erba’ snin oħra

0
62

San Ġiljan ASC ħabbru li Jake Tanti ġedded il-kuntratt tiegħu mal-klabb b’erba’ snin oħra, u b’hekk assguraw is-servizzi tal-goalkeeper tagħhom – li jservi ta’ ħajt quddiem ix-xibka – għall-istaġuni li ġejjin.

Jake ilu parti minn San Ġiljan mill-2017. Matul dan iż-żmien huwa stabbilixxa ruħu bħala figura ewlenija fl-iskwadra tal-kbar u kien wieħed mill-protagonisti ewlenin fis-suċċessi tal-klabb fir-rebħ ta’ diversi titli domestiċi.

Bħala goalkeeper tat-tim nazzjonali Malti tal-kbar, Jake kiseb ukoll esperjenza internazzjonali siewja – l-aktar reċentement permezz ta’ żewġ staġuni ma’ CN Mataró fi Spanja – fejn kompla jiżviluppa l-logħba tiegħu waqt li kkompeta f’livell għoli tal-waterpolo Ewropew.

L-impenn kontinwu tiegħu lejn San Ġiljan jirrifletti r-rabta qawwija li bena mal-klabb, filwaqt li l-esperjenza u l-preżenza tiegħu bejn il-lasti jibqgħu elementi importanti hekk kif San Ġiljan qed iħarsu lejn l-istaġuni li ġejjin.

Fi stqarrija San Ġiljan qalu li jinsabu kuntenti ħafna li assiguraw is-servizzi ta’ Jake għal erba’ snin oħra u qed jistennew bil-ħerqa li jkomplu nibnu fuq is-suċċessi tagħhom flimkien.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here