Ħames persuni salvati wara li sabu ruħhom f’diffikultà f’Għar Lapsi

Aqra wkoll

Ħames persuni li kienu qed jimxu fil-kampanja fl-inħawi ta’ Għar Lapsi ngħataw l-għajnuna wara li sabu ruħhom f’diffikultà kawża tax-xita li niżlet fiż-żona.

Membri mid-Dipartiment tal-Emerġenza, mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u mill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta ħadmu flimkien biex iwettqu tfittxija fiż-żona u rnexxielhom isibu lill-persuni kkonċernati. 

Huma ġew evakwati mingħajr periklu lejn iż-Żurrieq abbord dgħajsa tat-tip RHIB tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, fejn ġew eżaminati mit-tim tad-Dipartiment tal-Emerġenza u ngħataw il-ħruġ fuq il-post stess.

Dan il-każ seħħ ilbieraħ.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport