Friday, July 24, 2026
Home Sport Casemiro attirat minn offerti Sawditi

Casemiro attirat minn offerti Sawditi

0
174

Tista’ tintemm hawn l-avventura ta’ sentejn għal Casemiro ma’ Manchester United hekk kif il-plejer ta’ nofs il-grawnd Brażiljan qed jinteressa mhux ftit lil Al Nassr.

Dan kien staġun sodisfaċenti għall-eks plejer ta’ Real Madrid meta lagħab 32 partita filwaqt li skorja ħames gowls u wettaq tliet assists.

Apparti Al Nassr, fl-aħħar sigħat tfaċċaw ukoll Al Ahli u Al Qasidiya li wkoll bdew l-ewwel kuntatti mad-diriġenti tar-Red Devils.