Wednesday, July 24, 2024

Timo Werner iġedded il-perjodu ta’ self ma’ Tottenham

Aqra wkoll

Tottenham Hotspur ħabbru li l-attakkant internazzjonali Ġermaniż Timo Werner se jġedded il-perjodu ta’ self ma’ dan it-tim anke għal staġun ieħor. Il-plejer ta’ 28 sena wasal fit-Tottenham Hotspur Stadium f’Jannar li għadda u mal-ewwel ta l-kontribut tiegħu b’diversi assists u xi gowls ukoll. Fil-fatt hu lagħab 14-il logħba mat-tim immexxi minn Ange Postecoglou u skorja 2 gowls filwaqt li wettaq tliet assists.

Werner qal li jinsab kuntent ma’ Tottenham bil-klabb proprja tiegħu RB Leipzig li min-naħa tagħhom tawh iċ-ċans ikompli l-avventura tiegħu f’Londra.

Ekonomija

Sport