Wednesday, July 24, 2024

Joaquin Correa segwit minn River Plate

Aqra wkoll

River Plate se jippruvaw jakkwistaw is-servizzi tal-attakkant ta’ Inter Joaquin Correa. Dan tal-aħħar mhux fil-pjanijiet tal-kowċ Simone Inzaghi għas-sena d-dieħla u għalhekk hu jrid isib destinazzjoni oħra. Matul dawn l-aħħar xhur, Correa kien fuq bażi ta’ self ma’ Olympique Marseille għalkemm l-esperjenza tiegħu mhux li tant irnexxiet.

Sadanittant il-president ta’ River Plate Juan Sebastian Veron hu lest li jmur għall-plejer ta’ 30 sena li qed jikkunsidra din l-offerta.

Ekonomija

Sport