Thursday, October 8, 2026
Home Sport Ceferin se jikkontesta għar-raba’ mandat bħala president tal-UEFA 

Ceferin se jikkontesta għar-raba’ mandat bħala president tal-UEFA 

0
57

Il-president tal-UEFA Aleksander Ceferin se jikkontesta għar-raba’ mandat tiegħu fit-tmexxija tal-football Ewropew.

Huwa ħabbar id-deċiżjoni tiegħu waqt laqgħa f’Berlin mal-kapijiet tal-55 assoċjazzjoni nazzjonali tal-UEFA. 

Ceferin, li kien elett għall-ewwel darba fl-2016, qabel kien qal li ma kienx se jerġa’ jikkontesta, iżda issa aċċetta t-talba tal-assoċjazzjonijiet biex ikompli fit-tmexxija. 

Il-UEFA kompliet ukoll bl-oppożizzjoni tagħha għall-president tal-FIFA Gianni Infantino, filwaqt li ppreżentat pjan ta’ 14-il punt għar-riforma tal-FIFA. 

Ceferin mhux se jikkontesta direttament kontra Infantino, iżda se jfittex kandidat għall-elezzjoni presidenzjali tal-FIFA f’Marzu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here