Monday, December 30, 2024

Ċelebrazzjonijiet biex ifakkru l-250 sena mill-wasla tal-vara titulari ta’ San Pawl fir-Rabat

Aqra wkoll

Fl-okkażojni tal-250 sena mill-wasla tal-vara titulari ta’ San Pawl fil-Kolleġġjata Bażilika u Proto Parroċċa ta’ San Pawl ir-Rabat, tħejja programm ta’ attivitajiet li se jilħaq il-qofol tiegħu b’pellegrinaġġ.  Għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet se tieħu sehem il-Banda Konti Ruġġieru. 

L-attivitajiet bdew nhar is-Sibt 20 ta’ Jannar meta l-istatwa titulari maħduma minn Giovanni Caruana inħarġet mild niċċa. Il-Ħadd imbagħad kien hemm ċelebrazzjoni Pawlina għat-tfal, fejn imbagħad il-Ħadd kienet iċċelebrata l-Festa ta’ San Publiju. 

It-Tnejn, it-Tlieta, l-Erbgħa kien hemm quddies b’riflessjonijiet dwar San Pawl li saru mir-Rev Paul Sciberras.  Il-Ħamis kien hemm Quddiesa kantata bis-sehem tal-Fratellanza tas-San Pawl. Il-Ġimgħa 26 ta’ Jannar ikun hemm preżentazzjoni awdjo viżiva minn Joseph G. Scerri li tinkludi deskrizzjoni u l-ġrajja tal-vara titulari ta’ San Pawl. 

Is-Sibt 27 ta’ Jannar ikun hemm quddiesa kantata bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl u translazzjoni Solenni bis-sehem tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata fejn il-Kleru, IL-Fratellanza ta’ San Pawl u l-Abbatini joħorġu mill- Bażilika għall-Grotta ta’ San Pawl u jgħaddu minn Triq il- Kulleġġ, Sant’Antnin, Konti Ruġġieru, Borg Olivier, San Franġisk (fejn isir mument ta’ talb fil-knisja), Triq il-Kbira, San Pawl u lura għall-pjazza tal-Parroċċa.  Wara kun hemm Marċ mill-Banda Konti Ruġġieru.

Il-Ħadd 28  ta’ Jannar isir il-Pellegrinaġġ u dan se jgħaddi minn dawn it-toroq:  Pjazza tal-Parroċċa, il-Kulleġġ, Kola Xara, id-dawra ta’ Pjazza San Duminku, San Piju V, Ħad-Dingli, Ħal Bajjada, San Katald, Katakombi u Pjazza tal-Parroċċa.  Fil-pellegrinaġġ ser isir mument ta’ talb quddiem il-Knisja ta’ San Duminku u quddiem Sant’Agata tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl. 

Il-Ġimgħa 2 ta’ Frar isir Kunċert imtella’ mill-Fondazzjoni Paulus bis-sehem tal-Malta Philharmonic Orchestra u l-Jubilate Deo Choir. F’dan il-kunċert ser jiżżanżan oratorju ġdid.

Is-Sibt 10 ta’ Frar, il-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta  ikun hemm programm mużikali mill-Banda Konti Ruġġieru.

Ekonomija

Sport