Wednesday, April 24, 2024

Cesare Prandelli jgħid l-addio lill-football

Aqra wkoll

Waqt li kien qed jitkellem fuq radju Taljan, Cesare Prandelli, ħabbar l-addio tiegħu mill-football. “Dejjem jiġu xi talbiet, iżda bħalissa l-bank li qed noħlom bih huwa dak f’park man-neputijiet tiegħi biex ingawdi l-ħajja magħhom. Ikkowċjajt biżżejjed.”

L-eks coach tat-team nazzjonali Taljan mbagħad tkellem dwar Napoli, li huma kkargati lejn l-Iscudetto: “Il-kwalitajiet ta’ Spalletti donnhom qed jiġu skoperti issa. Huwa dejjem kien tajjeb ħafna. Din is-sena Napoli kienu tajbin ħafna biex jifhmu li kien hemm bżonn ta’ bidla. Il-ħiliet ta’ Napoli huma li segwew l-istruzzjonijiet tal-coach: meta ttejjeb il-players fir-rwoli, it-team dejjem ikollu vantaġġ kbir. Bravu Spalletti, iżda bravu wkoll il-club, bla ma ntefqu ammonti assurdi ta’ flus.

Fuq l-Azzurri, Chiosa qal: “Jidher li huwa fl-2010, dejjem l-istess argumenti. Trid tifhem x’tista’ tagħmel il-Federazzjoni. Jien niftakar li xi proġetti li kellna ġew irkuprati. Aħna kompetittivi ħafna fil-livell taż-żgħażagħ, imbagħad mill-eta’ ta’ 19-il sena jintilfu: jew għax il-clubs jagħżlu players barranin, jew għax iħossu l-pressjoni.”

Fil-karriera ta’ player Prandelli beda ma’ Cremonese, lagħab f’żewġ perjodi ma’ Atalanta u ma’ Juventus li magħhom rebaħ is-Serie A tliet darbiet, il-Coppa Italia darba, it-Tazza taċ-Champions darba, it-Tazza tar-Rebbieħa tat-Tazzi darba u l-UEFA Super Cup darba.

Mal-Italja spiċċa finalista wara Spanja fl-2012 u kiseb it-tielet post fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2013.

Sport