Friday, November 22, 2024

Ċess: Malta tikseb ir-raba’ post fil-Kampjonati tat-timijiet tal-Pajjiżi ż-Żgħar Ewropej

Aqra wkoll

It-tim Malti kompost minn Colin Pace (captain), Jake Darmanin, Robert Novak, Robert Zerafa u David Cilia Vincenti ipparteċipaw fl-ESNA Team Championships li saru ġewwa Jersey, UK. Malta irnexxiela tirbaħ ħames logħbiet kontra Jersey (2½-1½), Monaco (3-1), San Marino (3½-½), Liechtenstein (3-1) u Guernsey (3-1). Malta kisbet draw kontra Ċipru, u tilfet kontra t-timijiet b’saħħithom tal-Faroe Islands (1½-2½), Lussemburgu (1-3) u Andorra (1-3).

Kull plejer kien assenjat board (minn 1 sa 4), flimkien mar-riserva fuq il-ħames board. Cilia Vincenti fuq il-ħames board irnexxielu jikseb l-aħjar riżultat li wasslu biex rebaħ id-deheb fuq 5.5 punti minn 7 logħbiet. Fuq it-tielet board, Novak, irnexxielu jispiċċa l-kampjonat mingħajr telf fit-tmien logħbiet tiegħu, li wasslitu biex jirbaħ il-Bronze fuq 5 punti. Fuq l-ewwel board, Pace kiseb 4 punti minn 8, fejn anke kiseb draw eċċellenti kontra GrandMaster Bageri. Darmanin fuq it-tieni board akkwista 3½ punti minn 7 logħbiet, filwaqt li Zerafa kiseb 2½ punti minn 6 logħbiet fuq ir-raba’ board.

Dan kien l-aqwa riżultat li qatt kisbet Malta f’dawn il-kampjonati, fejn pajjiżna irnexxielu jikklassifika fir-raba’ post –  klassifikazzjoni finali li is-soltu tintrebaħ minn Monaco jew Ċipru.

Id-dettalji kollha jinsabu fuq is-sit: https://chess-results.com/tnr830290.aspx?lan=1

Sport