Tuesday, April 30, 2024

Il-kunċert ta’ Ed Sheeran għas-26 ta’ Ġunju li ġej f’Ta’ Qali

Aqra wkoll

Il-kantawtur Ingliż Ed Sheeran, wieħed mill-aktar artisti mfittxijin fid-dinja, se jkun qed jagħti l-kunċert tiegħu f’pajjiżna fis-26 ta’ Ġunju 2024 f’Ta’ Qali. 

Fl-età ta’ 32 sena, Sheeran diġà biegħ aktar minn 150 miljun diska madwar id-dinja u l-kanzunetti famużi tiegħu, bħal ‘Shape Of You’, ‘Castle On The Hill’, ‘Perfect’ u ‘I Don’t Care’, fost oħrajn, kienu bħal tarġiet li wassluh biex jibqa’ jikber fil-karriera mużikali tiegħu. 

Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo qal li l-kunċert ta’ Ed Sheeran se jkun xhieda li Malta saret punt ewlieni għall-artisti barranin u mistenni jkun suċċess ieħor anke wara ż-żjara tal-kantant bravissimu Robbie Williams aktar kmieni din is-sena.

Tħabbar li għall-kunċert tiegħu fostna, li se jaħbat fil-jum tal-Erbgħa, se jiftaħ il-kantant Ingliż Calum Scott, li kien ipparteċipa fil-Britian’s Got Talent fl-2015 u sussegwentement iddomina l-klassifika Ingliża bis-single “Dancing On My Own” fl-2016. 

Il-bejgħ tal-biljetti għal dan il-kunċert kbir, li qed ikun appoġġjat mill-brand VisitMalta tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), se jibda minn nhar il-Ġimgħa li ġej, 10 ta’ Novembru, fl-10:00 a.m. esklussivament fuq is-sit www.showshappening.com.  

Dan il-kunċert hu organizzat minn AEG Presents, greatt, u NNG Promotions, bi sħab ma’ One Fiinix Live.

Aktar tagħrif jinsab fuq il-paġna uffiċjali tal-avveniment – bit.ly/EDSHEERANMT. 

Sport