Olympiakos………… 9
Novi Beogard…….. 6
(4-1, 3-3, 1-1, 1-1)
Fil-logħba għat-tielet post, kienu Olympiakos li għelbu l-isfida ta’ Novi Beograd bl-iskor ta’ 9-6.
Il-logħba kienet waħda kollox ma’ kollox bilanċjata, fejn fil-fatt it-tieni, it-tielet u r-raba’ sessjoni ntemmew f’riżultat ta’ draw. Detrimentali għas-Serbi kienet proprju l-ewwel sessjoni li tilfuha b’distakk ta’ tliet goals.
Għall-Griegi spikka ferm il-player Ioannis Fountoulis li rreġistra hat-trick personali, waqt li għal Novi Beograd l-aqwa skorer kien Milos Cuk li min-naħa tiegħu skorja żewġ goals.
Is-Serbi kellhom jgħaddu mingħajr is-servizzi tal-veteran ta’ 37 sena Filip Filipovic wara li tkeċċa minħabba violent action fis-semi-finali kontra Ferencvaros.
Il-Griegi rebħu l-ewwel sessjoni 4-1 b’goals minn Konstantinos Genidounias (2), Dimitrios Dimou u Nikos Gkilas. Radomir Drasovic skorja l-uniku goal għas-Serbi.
It-tieni sessjoni kienet bilanċjata meta spiċċat 3-3.
Ioannis Fountoulis (2) u Marton Vamos skorjaw għall-Griegi filwaqt li Milos Cuk (2) u Vasilje Martinovic irrispondew għas-Serbi.
Anke t-tielet sessjoni spiċċat fi draw b’goal fuq kull naħa minn Marton Vamos għall-Griegi u Nikola Jaksic għas-Serbi.
Ir-raba’ sessjoni wkoll spiċċat f’paritá ta’ 1-1 b’Ioannis Fountoulis jiskorja għall-Griegi u Angelos Vlachopoulos isib ix-xibka għal Novi Beograd.
Olympiakos: 1-Marko Bijac, 2-Kostas Gouvis, 3-Georgios Dervisis, 4-Iannis Alavragis, 5-Luka Loncar, 6-Dimitris Nikolaidis, 7-Marton Vamos (2), 8-Konstantinos Genidounias (2), 9-Ioannis Fountoulis (3), 10-Dimitros Dimou (1), 11-Iannis Fortujis, 12-Alexandros Papanastasiou, 13-Nikos Gkilas (1) Coach: Hrvoje Koljanin
Novi Beograd: 1-Lazar Dobozanov, 2-Nikola Jaksic (1), 3-Alvaro Granados Ortega, 4-Dusko Pjetlovic, 5-Vasilje Martinovic (1), 6-Radomir Drasovic (1), 8-Nikola Lukic, 9-Angelos Vlachopoulos (1), 10-Dimitros Skumpakis, 11-Nikola Jaksic, 12-Milos Cuk (2), 13-Francseco de Michelis Coach: Zivko Gocic
Referees: Frank Homer (Ġermanja), Andrei Framulovic (Kroazja)