Wednesday, July 24, 2024

Championship: Southampton v Preston posposta minħabba nirien kbar

Aqra wkoll

Southampton ipposponew il-partita taċ-Championship kontra Preston North End wara nar qawwi proprju ħdejn l-istadium tagħhom ta’ St Mary.

Il-club ħa d-deċiżjoni wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u s-servizzi tal-emerġenza.

It-toroq madwar l-istadium kienu magħluqa hekk kif pumpieri kienu qed jittrattaw is-sitwazzjoni. 

Għaldaqstant trid tiġi skedata data oħra għal din il-logħba. 

In-nirien bdew fiż-żona industrijali fuq Marine Parade ftit ‘il bogħod mill-istadium.

It-team tas-Saints, immexxi mill-coach Russell Martin, jinsab ir-raba’ fil-klassifika, tmien punti taħt Ipswich, li jinsabu fit-tieni post.

Min-naħa ta’ Preston, dawn jinsabu fid-disa’ pożizzjoni u erba’ punti barra mill-postijiet tal-play-off.

Ekonomija

Sport