Wednesday, July 24, 2024

UCL: Man City u Real Madrid jikkwalifikaw għall-kwarti-finali

Aqra wkoll

Manchester City…… 3

FC Copenhagen……. 1

(Agg: Man City 6-2)

Manchester City għelbu lil FC Copenhagen bl-iskor ta’ 3-1 bil-goals jaslu fl-ewwel taqsima,  biex għaddew b’aggregate ta’ 6-2.

Is-City kellhom bidu mill-aqwa meta wara biss ħames minuti huma fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ corner, Manuel Akanji kien pront xeħet fix-xibka.

Imbagħad erba’ minuti w­ara, Julian Alvarez irdoppja minn rebound wara li Rodri ġie mċaħħad mill-mimduda.

Madankollu, fit-30 mi­nu­ta, id-Daniżi naqqsu l-marġni tal-iskor meta Mohamed Elyounoussi kom­pla għal ġewwa mill-pass ta’ Orri Oskarsson.

Iżda eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima, Manchester City skorjaw it-tielet goal minn Erling Haaland li kien megħjun minn devjazzjoni.  

Real Madrid…….. 1

RB Leipzig………. 1

(Agg: Real Madrid 2-1)

Real Madrid laqgħu lil RB Leipzig u ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 biex għaddew b’aggregate ta’ 2-1.

Wieħed antiċipa li Real kellhom joħorġu fuq l-offensiva fit-tentattiv li jsibu dak il-goal biex ‘joqtlu’ l-ogħla.

Iżda kienu Leipzig li kellhom żewġ ċansijiet li jiftħu l-iskor iżda Dani Olmo u Lois Openda fallew il-mira mill-viċin.

Il-Ġermaniżi baqgħu jippressaw u lejn tmiem l-ewwel taqsima setgħu marru fil-vantaġġ iżda mill-viċin Openda reġa’ falla.

L-aħjar ċans għal Real wasal fis-60 minuta minn Toni Kroos, li iżda, sab lill-goalkeeper, Peter Gulacsi, attent.

Ħames minuti wara, fetħu l-iskor minn Vinicius Junior. Iżda Leipzig għamlu reazzjoni u fit-68 minuta kisbu d-draw minn Willi Orban.

Ekonomija

Sport