Monday, May 13, 2024

Theo Hernandez jilħaq il-200 dehra ma’ Milan

Aqra wkoll

Theo Hernandez laħaq il-200 dehra ma’ AC Milan fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet meta huma lagħbu kontra Lazio u rebħu 1-0.

Hernandez għandu 26 sena u kien ingħaqad mar-Rossoneri fis-sena 2019. Hu skorja wkoll 26 gowl minkejja li jilgħab bħala difensur xellugi. 

Hernandez qal li jinsab kuntent mar-Rossoneri u jixtieq jibqa’ għal iktar snin magħhom. Hu jiftakar b’mod partikolari meta rebħu l-kampjonat fis-sena 2021 wara staġun diffiċli iżda emozzjonanti. 

Sadanittant l-amministratur Rossoneri Giorgio Furlani ippremjah fejn irringrazzjah tas-servizz li ta lill-klabb f’dawn l-aħħar ħames snin. 

Sport