Sunday, October 27, 2024

Chaud Devant u Balzac De L’Iton jirbħu s-semifinali ewlenin

Aqra wkoll

Minn Kenneth Vella

Chaud Devant u Balzac De L’Iton rebħu t-tiġrijiet prinċipali li saru l-Ħadd wara nofsinhar fil-Marsa. Dawn kienu semifinali mill-kampjonat Prix De Vincennes għal żwiemel Franċiżi mill-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m. Dawn għamlu parti mit-43 laqgħa tas-sena fuq 11-il tiġrija kollha tat-trott. Mis-semifinali Premier 12-il żiemel għaddew għall-finali. 

Fl-ewwel semifinali Premier ġrew b’kollox 11-il żiemel. Hawnhekk Chaud Devant (Noel Baldacchino) kien l-aktar veloċi wara l-karozza tat-tluq u minnufih fetaħ vantaġġ żgħir minn Barrio Josselyn (Anton Cassar) u Vertige De Chenu (Charles Camilleri). Iż-żiemel ta’ Baldacchino ddomina tul id-distanza tant li qasam il-linja finali l-ewwel b’vantaġġ ta’ tul u nofs minn Up And Go (Jesmar Gafa’), Crack Du Tillet (Andrew Farrugia) u Brut De La Cote (Ludvic Ghigo). Amigo Turgot (Salvu Vella) u Casting De Chenu (Ivan Bilocca) għaddew ukoll għas-semi finali meta temmew fil-ħames u s-sitt post rispettivament.  Għal Chaud Devant din kienet it-tielet rebħa tas-sena u f’Malta. 

Ritratt: Roger Azzopardi

Kif kien mistenni wkoll, fit-tieni semifinali mill-istess kategorija il-favorit Balzac De L’Iton (Marco Refalo) kien kontinwament fl-ewwel post u rreġistra l-ħames rebħa minn daqstant dehriet f’Malta. Dan wara li fl-aħħar metri ġab fix-xejn l-isfida ta’ Vangiskan Scott (Charles Camilleri) u Verso De Crennes (Clint Vassallo). Abercrombis (Noel Baldacchino), Vanderlov (Melvin Farrugia) u Baxter Du Klau (Kurt Saliba) kienu l-aħħar żwiemel li għamluha għall-finali. 

Ritratt: Roger Azzopardi

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Fast Cash S.F. (R. Magro) Ħin – 2.44.4” (1.16.8”) 2. Aigle Du Clos (B. Debono) 3. First De La Barre (J. Cefai) 4. Fort De France (J. Farrugia)

II Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. And Stitch (G. Azzopardi) Ħin – 2.44.1” (1.16.7”) 2. Prinsen One (M. Farrugia) 3. Bernardo Halbak (S. Cassar) 4. Venicio Bello (A. Cassar)

III Tiġrija. Semifinali Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Cygnus Du Guelier (P. Galea) Ħin – 3.21.2” (1.16.2”) 2. Dinozzo De Bess (R. Magro) 3. Deal De Cahot (C. Camilleri) 4. Diego Du Coudou (R. Gatt)

IV Tiġrija. Semifinali Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Defi Nay (R. Gatt) Ħin – 3.21.2” (1.16.2”) 2. Village Natal (N. Baldacchino) 3. El Gusto (Cherise Farrugia) 4. Brioni Du Vivier (R. Magro) 

V Tiġrija. Semifinali Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Apache Reyor (C. Degiorgio) Ħin – 3.22” (1.16.5”) 2. Diablo De Forgan (R. Gatt) 3. Beatnik Turgot (R. Xerri) 4. Duc d’Haufor (R. Magro) 

VI Tiġrija. Semifinali Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Djembe Du Pont (J. Gafa’) Ħin – 3.21.4” (1.16.3”) 2. Casino d’Ourville (R. Gatt) 3. Chemsak Vedaquais (J. Said) 4. Bottarus (Ch. Degiorgio) 5. Alpha d’Azif (J. Zahra) 6. Belmann (C. Vassallo) 

VII Tiġrija. Semifinali Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Tonio Du Vivier (N. Baldacchino) Ħin – 3.21.4” (1.16.3”) 2. Cathy De La Rouvre (R. Magro) 3. Vivoli (M. Cauchi) 4. Diza De Courtille (I. Stivala) 5. Atus Picken (D. Xerri) 6. Amiral De Beaulieu (M. Ellul)

VIII Tiġrija. Semifinali Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Chaud Devant (N. Baldacchino) Ħin – 3.18.7” (1.15.3”) 2. Up And Go (J. Gafa’) 3. Crack Du Tillet (A. Farrugia) 4. Brut De La Cote (L. Ghigo) 5. Amigo Turgot (S. Vella) 6. Casting De Chenu (I. Bilocca)

IX Tiġrija. Semifinali Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Balzac De L’Iton (M. Refalo) Ħin – 3.18.9” (1.15.4”) 2. Vangiskan Scott (C. Camilleri) 3. Verso De Crennes (C. Vassallo) 4. Abercrombis (N. Baldacchino) 5. Vanderlov (M. Farrugia) 6. Baxter Du Klau (K. Saliba) 

X Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Falcon Du Hamel (M. Attard) Ħin – 2.43.4” (1.16.4”) 2. Amour De Feline (M. Ellul) 3. Udjayin (C. Caruana) 4. Aubrac Du Rib (J. Cassar) 

XI-il Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Baltic Sautreuil (C. Calleja) Hin – 2.44.2” (1.16.7”) 2. Whataboutyou Zaz (N. Baldacchino) 3. Tsunami (G. Farrugia) 4. Brin De Noblesse (L. Tanti)

Sport