L-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS), b’kollaborazzjoni mal-Ambaxxata tal-Ġappun f’Malta, organizza masterclass speċjali dwar il-kċina Ġappuniża mmexxija mill-chef rinomat Noriaki Fujiwara, li għandu Michelin Star.
L-attività, li saret fl-10 ta’ Novembru fil-kampus tal-ITS f’Ħal Luqa, laqqgħet studenti, membri tal-istaff u membri tal-pubbliku, li kellhom l-opportunità jitgħallmu dwar it-tradizzjonijiet kulinari Ġappuniżi u l-importanza tal-ingredjenti staġjonali.
Permezz ta’ dimostrazzjoni tat-tisjir, il-parteċipanti tgħallmu wkoll dwar il-preparazzjoni tad-dashi tradizzjonali Ġappuniż u t-togħma umami.
Din l-inizjattiva kompliet issaħħaħ ir-rabtiet kulturali bejn Malta u l-Ġappun, filwaqt li offriet lill-istudenti opportunità biex iwessgħu l-għarfien kulinari tagħhom permezz ta’ esperjenza internazzjonali.
