Tuesday, November 17, 2026
Home Sport Kampjonat Ewropew U/19: Malta megħluba mill-Maċedonja b’goal fil-ħin mizjud

Kampjonat Ewropew U/19: Malta megħluba mill-Maċedonja b’goal fil-ħin mizjud

0
53

Malta ………………….2

Maċedonja …………..3

It-team nazzjonali Malti ta’ Taħt id-19-il sena sofra telfa diżappuntanti ta’ 3-2 kontra l-Maċedonja fl-aħħar partita tiegħu minn Grupp B5 tal-kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew U/19 li ntlagħbet it-Tlieta.

Minkejja prestazzjoni determinata, iż-żgħażagħ immexxija mill-coach, Francesco Macri, ma rnexxilhomx jevitaw telfa oħra fil-kampanja ta’ kwalifikazzjoni tagħhom, bil-Maċedonja jiksbu l-goal tar-rebħa fl-aħħar mumenti tal-konfront.

It-tim ospitu fetaħ l-iskor fit-32 minuta permezz ta’ Filip Cvetkovski,  biex daħal jistrieħ fil-vantaġġ ta’ 1-0.

Malta wettqet reazzjoni fit-tieni taqsima u fis-76 minuta kisbet il-goal tad-draw permezz ta’ Zyas Vella Newell.

Madankollu, il-Maċedonja reġgħu marru fil-vantaġġ fil-81 minuta, meta Jakov Stojkovski rnexxielu jikkonverti penalty biex għamel l-iskor 2-1.

Il-Maltin ma qatgħux qalbhom u komplew jinsistu biex jerġgħu jidħlu fil-partita. Id-determinazzjoni tagħhom ħalliet il-frott fid-89 minuta, meta Denzel Attard skorja minn penalty biex għamel l-iskor indaqs 2-2.

Iżda meta kollox kien qed jindika li l-konfront kien se jintemm fi draw, il-Maċedonja kisbu l-gowl deċiżiv fit-tieni minuta tal-ħin miżjud permezz ta’ Gabriel Taleski, biex ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-2.

Din it-telfa fissret it-tmiem tal-impenji ta’ Malta f’din il-fażi ta’ kwalifikazzjoni, wara li kienet tilfet ukoll 6-0 kontra l-Isvizzera u 3-1 kontra l-Irlanda ta’ Fuq.

Minkejja r-riżultati negattivi, din l-esperjenza internazzjonali mistennija tkun utli għall-iżvilupp tal-players żgħażagħ immexxija minn Macri, hekk kif ikomplu jiksbu aktar esperjenza fil-futbol internazzjonali.

Malta: Vincent Tabone, Aeneas Farrugia, Ryan Debono, Ben Gaerty, Sami Assaf Abo, Pierre Mayelet Poulangoye, Daniel Pawley (Sam Farrugia 83), Zyas Vella Newell, Luca Baldacchino (Scott Camilleri 66), Matteo Paolo Grech (Gunner Elliot 91),  Jaylen Zarb (Denzel Attard 66) – Coach: Francesco Macri

Maċedonja: Pavel Grbevski, Alban Rochi, Kristian Markoski, Filip Cvetkovski, Anes Abdurahmani, Aleksandar Grashevski (Lavdrim Kasami 87), Gabriel Taleski, Ivan Tanchev (Antian Emini 71), Jovan Mrmachovski (Muhammed Mustafi 87), Jordan Damevski (Lorent Zhaku 62),  Jakov Stojkovski – Coach: Gjorgje Stojcev

Referee: Marc Nagtegaal (Olanda)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here