Saturday, May 4, 2024

Chelsea b’sidien ġodda min-nhar it-Tnejn

Aqra wkoll

Chelsea ħabbru li nhar it-Tnejn li ġej il-club se jkun immexxi minn sidien ġodda b’mod uffiċjali.

Il-kuntratt tax-xiri tal-club ġie ffirmat mill-konsorzju mmexxi min-negozjant Amerikan, Todd Boehly, għal £4.25 biljuni.  

Din l-aħbar timmarka t-tmiem uffiċjali tal-era ta’ Roman Abramovich hekk kif se jidħol il-grupp Clearlake Capital għal din ir-responsabbiltá.

Starrija maħruġa mill-club kienet tgħid li:

“Chelsea FC jista’ jikkonferma li l-Ġimgħa filgħaxija laħaq ftehim finali u definittiv biex il-Club jinbiegħ lill-konsorzju Todd Boehly/Clearlake Capital.”

Sport