Monday, December 23, 2024

Chelsea interessati fid-difensur ta’ Torino, Bremer

Aqra wkoll

Chelsea identifikaw lid-difensur ta’ Torino, Bremer bħala mira possibbli ta’ trasferiment.

Il-Blues jinsabu fis-suq għal rinforzi difensivi fost inċertezza dwar il-futur ta’ Antonio Rudiger, Andreas Christensen, Thiago Silva u Cesar Azpilicueta, li kollha huma bla kuntratt fi tmiem dan l-istaġun.

Thomas Tuchel jibqa’ jittama li jistgħu jżommu l-kwartett difensiv tagħhom, iżda l-club beda jesplora għażliet alternattivi f’każ li ma jkunux jistgħu jaqblu dwar it-termini.

Bremer huwa wieħed mill-players fil-lista qasira tagħhom, bil-club minn Londra kien impressjonat meta bagħat scouts jarawh kontra Empoli il-ġimgħa li għaddiet.

Madankollu, Chelsea jistgħu jiffaċċjaw kompetizzjoni għall-firma tiegħu mir-rivali tal-Premier League Liverpool, Tottenham Hotspur u West Ham United.

Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena huwa kkuntrattat ma’ Torino sal-2023, u l-club tas-Serie A huwa mifhum li qed jitlob offerta ta’ mill-inqas £21m.

Bremer ingħaqad ma’ Torino fl-2018, u minn dakinhar skorja 12-il goal fi 93 dehra mal-club.

Ekonomija

Sport