Wednesday, March 27, 2024

Sean Meli jingħata l-Midalja għall-Qlubija talli salva żagħżugħ milli jegħreq

Aqra wkoll

Kull sena f’Jum ir-Repubblika, il-President ta’ Malta, f’isem il-gvern u l-poplu Malti, jagħti ġieħ pubbliku lil għadd ta’ Maltin li jiddistingwu ruħhom f’oqsma differenti tal-ħajja b’ħatriet fl-Ordni Nazzjonali tal-Meritu jew fix-Xirka Ġieħ ir-Repubblika, jew bl-għoti tal-Midalja għall-Qlubija u tal-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika. 

Sean Meli ngħata l-Midalja għall-Qlubija talli salva żagħżugħ ta’ nazzjonalità Ċiniża li nġarr fil-baħar fi Qui-Si-Sana, Tas-Sliema. Malli ntebaħ li l-persuna ma setgħetx tinstab faċilment mit-Taqsima tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija tad-Distrett, Sean qabeż f’baħar imqalleb mingħajr titubanza u bl-intervent rapidu tiegħu salva l-ħajja ta’ żagħżugħ ta’ 14-il sena. Irnexxielu wkoll jikkalmah waqt li kien qed jippanikja fl-ilma.

Sean li ilu jilgħab il-waterpolo għal diversi snin, meqjus bħala għawwiem tajjeb u spiss jidħol għal sfidi sportivi bħal surfing u snowboarding.

Ekonomija

Sport