Chelsea bdew it-taħditiet ma’ Atletico Madrid fit-tentattiv li jiksbu l-firma tal-attakkant internazzjonali Portugiż Joao Felix. Dan tal-aħħar jista’ jkun l-alternattiva għal Samu Omorodion li ma rnexxielux jasal fil-ftehim mal-Blues.
Felix għandu 24 sena u diġa’ kien jifforma parti mill-iskwadra ta’ Chelsea fl-istaġun 2022/23 meta kien b’self magħhom. Fil-passat hu lagħab ukoll ma’ Benfica u Barcelona.
Il-kowċ Enzo Maresca jridu miegħu bħala parti mill-pjan offensiv tat-tim tiegħu.