Thursday, April 25, 2024

Chelsea jħabbru lil Mauricio Pochettino bħala l-coach tagħhom

Aqra wkoll

Chelsea ħabbru lil Mauricio Pochettino bħala l-manager il-ġdid tal-club.

L-eks manager ta’ Tottenham kien ilun f’negozjati mas-sid tal-club mill-punent ta’ Londra, Todd Boehly, biex ikun is-suċċessur ta’ Graham Potter.

Fl-aħħar ta’ April intlaħaq ftehim verbal u proprju  issa l-Blues ikkonfermaw lill-Arġentin ta’ 51 sena bħala l-manager.

Laurence Stewart u Paul Winstanley, il-ko-diretturi sportivi ta’ Chelsea, qalu: “L-esperjenza, il-livelli ta’ eċċellenza, il-kwalitajiet ta’ tmexxija u l-karattru ta’ Mauricio se jaqdu tajjeb lil Chelsea Football Club hekk kif nimxu ‘l quddiem.

“Huwa coach rebbieħ, li ħadem fl-ogħla livelli, f’diversi kampjonati b’lingwi differenti. 

“L-approċċ tattiku u l-impenn tiegħu għall-iżvilupp kollha għamluh il-kandidat eċċezzjonali.”

Sport