Minkejja li Chelsea nefqu aktar minn €300 miljun f’akkwisti wara li kisbu l-firma ta’
Joao Félix, Mykailo Mudryk, Benoit Badiashile, Noni Mudieke, Andrey Santos, Wesley Fofana u Enzo Fernández, il-kowċ Graham Potter qed jaffaċċja problema partikolari.
Fil-fatt skont ir-regoli tal-UEFA, il-Blues jistgħu jirreġistraw tliet mis-seba’ akkwisti tagħhom fil-lista u għalhekk erbgħa minnhom se jkollhom jaraw l-UEFA Champions League minn fuq il-VIP.
Il-probabbilta’ hi li Potter jagħżel lil Fernandez, Felix u Mudryk, għalkemm ħafna qed jgħidu li Chelsea ramew €100 miljun fi plejers li jistgħu jużawhom biss fil-kampjonat domestiku.